Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0368

    Kawża T-368/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI — Lehning entreprise (ANGIPAX)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 37–38 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/48


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI — Lehning entreprise (ANGIPAX)

    (Kawża T-368/13)

    2013/C 260/85

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u D. Slopek, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lehning entreprise SARL (Sainte Barbe, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013, fil-Każ R 571/2012-5 sa fejn din ippermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ANGIPAX fir-rigward ta’ prodotti farmaċewtiċi u veterinarji u preparazzjonijiet għal kura tas-saħħa u medika; fungiċidi; sustanzi tad-dieta adattati għall-użu mediku; diżinfettanti, faxex kirurġiċi u materjali għall-infaxxar, materjali għall-ippakkjar tas-snien, preparazzjonijiet għall-qirda tad-dud; ikel għat-trabi; u

    tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż, jew — jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni insostenn tal-konvenut — tordna li l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-konvenut u mill-intervenjenti b’mod konġunt.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ANGIPAX” għal prodotti fil-klassi 5 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 952 401

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “ANTISTAX” — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 498 343 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 28 u 30

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top