This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0338
Case T-338/13: Action brought on 21 June 2013 — Energa Power Trading v Commission
Kawża T-338/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2013 — Energa Power Trading vs Il-Kummissjoni
Kawża T-338/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2013 — Energa Power Trading vs Il-Kummissjoni
Information about publishing Official Journal not found, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Information about publishing Official Journal not found, p. 23–23
(HR)
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/37 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — Energa Power Trading vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/13)
2013/C 252/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energa Power Trading Promitheias kai Emporias Energeias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-Trattat, peress li, minkejja li ġiet mitluba li tagħmel dan, hija naqset milli tiddefinixxi il-pożizzjoni tagħha dwar l-ilment ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet Griegi taw illegalment lil DEI; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-Kummissjoni naqset mill-taġixxi fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat illegali mogħtija lil DEI.
Billi naqset li tieħu pożizzjoni — pożittiva jew negattiva — abbażi tal-ilment tar-rikorrenti li jallega għajnuna mill-Istat favur DEI minkejja sottomissjoni ta’ avviż formali peress li wara perijodu ta’ iktar minn 28 xahar (u fi kwalunkwe każ iktar minn 26 xahar), il-Kummissjoni naqset milli tagħlaq l-investigazzjoni preliminari fi żmien raġonevoli. Sa fejn l-imsemmi dewmien ma jistax jiġi ġġustifikat b’riferiment għal xi ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni naqset li taġixxi minkejja l-kompetenza esklużiva rispettiva tagħha, bi ksur tad-dispożizzjonijiet relatati tat-Trattat (jiġifieri, l-Artikoli 106, 107 u 265 TFUE) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.