Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0308

    Kawża T-308/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)

    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 6–6 (HR)

    3.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/22


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)

    (Kawża T-308/13)

    (2013/C 226/30)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josep María Adell Argiles (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla u tiddikjara bħala mhux applikabbli d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1565/2012-1 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komuntarja Nru 9 548 884“ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 4, 27 u 39 li ġew miċħuda fid-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELECTROLINERA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35, 37 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 548 884

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Josep María Adell Argiles

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 6, 9 u 12

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment, deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u, għaldaqstant, ċaħda iktar wiesgħa tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top