Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0278

Kawża T-278/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2013 — Now Wireless vs UASI — Starbucks (HK) (now)

ĠU C 207, 20.7.2013, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 12–12 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/50


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 — Now Wireless vs UASI — Starbucks (HK) (now)

(Kawża T-278/13)

2013/C 207/82

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Now Wireless Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Starbucks (HK) Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tordna li t-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Numru 1421700 għandha tiġi rrevokata għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ użu;

tikkundanna l-proprjetarju rreġistrat għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għar-revoka: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “now” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 421 700

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


Top