Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0271

    Kawża T-271/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2013 — Nutrexpa vs UASI — Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO)

    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 8–8 (HR)

    27.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/15


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 — Nutrexpa vs UASI — Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO)

    (Kawża T-271/13)

    2013/C 215/20

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milano, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1285/2012-1, li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja (figurattiva) Nru 9 056 045“Cuétara MARĺA ORO” sabiex tindika “frott fil-laned u niexef: ħxejjex fil-laned, nexfin u msajra” (klassi 29) u “dqiq u preparazzjonijiet magħmula miċ-ċereali, ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelat, biskuttini” (klassi 30), li konsegwentement għandhom jiġu rreġistrati mill-UASI;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cuétara MARĺA ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 056 045

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarja li jinkludu l-element verbali “ORO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top