This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0259
Case T-259/13: Action brought on 7 May 2013 — France v Commission
Kawża T-259/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni
Kawża T-259/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 11–11
(HR)
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/42 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-259/13)
2013/C 207/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, D. Colas u C. Candat, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn teskludi l-ispejjeż mġarrba mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-għajnuna “Indemnités compensatoires des handicaps naturels” (Dannu Kumpensatorju għal Diżabbiltà Naturali, iktar ’il quddiem l-“ICHN”) tal-pjan ta’ żvilupp rurali Franċiż 2007-2013 għas-snin finanzjarji 2008 u 2009; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni 2013/123/UE, minn naħa, sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-parti tal-ispejjeż imġarrba mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-għajnuna ICHN għal nagħaġ li ma hijiex iddikjarata bħala għajnuna tan-nagħaġ u, min-naħa l-oħra, sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-parti tal-ispejjeż imġarrba mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-għajnuna ICHN għall-annimali tal-ifrat li jkunu ġew suġġetti għal spezzjoni fuq il-post skont spezzjonijiet tal-identifikazzjoni tal-annimali jew spezzjonijiet tal-primjums tal-annimali tal-ifrat; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 10(2) u (4) u tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1975/2006 (1), peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-Gvern Franċiż kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-ispezzjonijiet peress li ma kienx wettaq, fir-rigward tal-annimali tal-ifrat u tan-nagħaġ li għalihom intalab primjum tan-nagħaġ, fl-għadd ta’ dawn l-annimali waqt spezzjonijiet fuq il-post abbażi tal-ICHN. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet li fil-kuntest tiegħu r-rikorrenti ssostni:
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1082/2003 (2) u tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament Nru 796/2004 (3) dwar il-modalitajiet ta’ spezzjonijiet fil-kuntest tal-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat jew tal-primjums tal-annimali tal-ifrat, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-Artikoli 10(2) u (4) u 14(2) tar-Regolament Nru 1975/2006 jimponu t-twettiq tal-għadd tal-annimali waqt spezzjoni fuq il-post sabiex jiġi vverifikat il-kriterju tar-rata tat-tagħbija. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq estensjoni illegali mill-Kummissjoni tal-applikazzjoni tal-korrezzjoni b’rata fissa għall-azjendi tat-trobbija ta’ nagħaġ li ma humiex eliġibbli għal primjum tan-nagħaġ u għall-azjendi tat-trobbija ta’ annimali tal-ifrat spezzjonati fil-kuntest tal-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat jew tal-primjums tal-annimali tal-ifrat. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 455).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003, tat-23 ta’ Ġunju 2003, li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 135).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).