This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0258
Case T-258/13: Action brought on 3 May 2013 — Matratzen Concord v OHIM — KBT (ARKTIS)
Kawża T-258/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Mejju 2013 — Matratzen Concord vs UASI — KBT (ARKTIS)
Kawża T-258/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Mejju 2013 — Matratzen Concord vs UASI — KBT (ARKTIS)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 11–11
(HR)
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/42 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2013 — Matratzen Concord vs UASI — KBT (ARKTIS)
(Kawża T-258/13)
2013/C 207/70
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita (Locarno, l-Isvizzera)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2133/2011-4; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ARKTIS” għal prodotti fil-klassijiet 20 u 24 — Trade mark Komunitarja Nru 2 818 680
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009