Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0240

    Kawża T-240/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ April 2013 — Aldi Einkauf vs UASI — Alifoods (Alifoods)

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 10–10 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/37


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2013 — Aldi Einkauf vs UASI — Alifoods (Alifoods)

    (Kawża T-240/13)

    2013/C 207/62

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alifoods, SA (Alicante, Spanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2013, fil-Każ R 407/2012-4;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Alifoods, SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Alifoods”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 32 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru B 1 825 002

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali internazzjonali u Komunitarja “ALDI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 9, 16, 24, 25, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 40, 41, 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top