This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0180
Case T-180/13: Action brought on 21 March 2013 — Pesquerias Riveirenses and others v Council
Kawża T-180/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2013 — Pesquerias Riveirenses et vs Il-Kunsill
Kawża T-180/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2013 — Pesquerias Riveirenses et vs Il-Kunsill
ĠU C 147, 25.5.2013, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/29 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 — Pesquerias Riveirenses et vs Il-Kunsill
(Kawża T-180/13)
2013/C 147/52
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Pesquerias Riveirenses, SL (Ribeira, Spanja); Pesquerias Campo de Marte, SL (Ribeira); Pesquera Anpajo, SL (Ribeira); Arrastreros del Barbanza, SA (Ribeira); Martínez Pardavila e Hijos, SL (Ribeira); Lijo Pesca, SL (Ribeira); Frigoríficos Hermanos Vidal, SA (Ribeira); Pesquera Boteira, SL (Ribeira); Francisco Mariño Mos y Otros, CB (Ribeira); Juan Antonio Pérez Vidal y Hermano, CB (Ribeira); Marina Nalda, SL (Ribeira); Portillo y Otros, SL (Ribeira); Vidiña Pesca, SL (Ribeira); Pesca Hermo, SL (Ribeira); Pescados Oubiña Perez, SL (Ribeira); Manuel Pena Graña (Ribeira); Campo Eder, SL (Ribeira); Pesquera Laga, SL (Ribeira); Pesquera Jalisco, SL (Ribeira); Pesquera Jopitos, SL (Ribeira); u Pesca-Julimar, SL (Ribeira) (rappreżentant: J. Tojeiro Sierto, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013, tal-21 ta’ Jannar 2013, sa fejn jikkunsidra flimkien il-komponenti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku sabiex tiġi stabbilita t-TAC (qabda totali ammissibbli) tal-istokkafixx irrikonoxxuta fl-Annessi IA u IB (paġni 84 u 103, rispettivament; ĠU L 23, 25.01.2013, p. 54). |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 39 TFUE.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2001, u tal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ New York tal-2005.
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|