EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0116
Case T-116/13 P: Appeal brought on 25 February 2013 by Giorgio Lebedef against the order of the Civil Service Tribunal of 12 December 2012 in Case F-70/11, Lebedef v Commission
Kawża T-116/13 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Frar 2013 minn Giorgio Lebedef mid-digriet mogħti fit- 12 ta’ Diċembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni
Kawża T-116/13 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Frar 2013 minn Giorgio Lebedef mid-digriet mogħti fit- 12 ta’ Diċembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni
ĠU C 147, 25.5.2013, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/19 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2013 minn Giorgio Lebedef mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Diċembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-116/13 P)
2013/C 147/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża F-70/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu 01.01.2008-31.12.2008 u b’mod iktar preċiż il-parti tar-rapport stabbilit mill-EUROSTAT għal dak l-istess perijodu; |
— |
tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent imressqa fl-ewwel istanza; |
— |
sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għal ħlas tagħhom. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li r-rikorrent ma kienx innominat sabiex jipparteċipa f’laqgħat u li l-parteċipazzjoni tiegħu fl-imsemmija laqgħat kienet koperta mill-eżenzjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu għal nofs il-ħin lavorattiv għal finijet sindakali li kien jibbenefika minna (li jikkonċerna l-punti 41 sa 45 tad-digriet ikkontestat). |
(2) |
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li s-sistema speċifika għall-evalwazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal tkopri l-attivitajiet sindakali kollha u peress li interpreta b’mod żbaljat ir-raġunijiet li abbażi tagħhom ir-rikorrent ma kienx qiegħed jaħdem għad-dipartiment li kien assenjat fih, biex b’hekk ikkonkluda li r-rikorrent ma setgħax jikkontesta l-kompetenza tal-evalwaturi (li jikkonċerna l-punti 50 u 51 tad-digriet ikkontestat). |
(3) |
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku beda minn kunsiderazzjonijiet żbaljati li jirrigwardaw b’mod partikolari l-awtorizzazzjoni tal-evalwaturi li jevalwaw lir-rikorrent sempliċement abbażi tax-xogħol tiegħu għad-dipartiment li kien assenjat fih u li jirrigwardaw ukoll il-fatt li r-rikorrent kien ipprevalixxa ruħu mill-eżenzjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu għal nofs il-ħin lavorattiv għal finijiet sindakali sabiex jiġġustifika l-fatt li ma kienx ħadem għad-dipartiment li kien assenjat fih (li jikkonċerna l-punti 59 u 60 tad-digriet ikkontestat) |
(4) |
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-fatti tal-kawża odjerna huma differenti minn dawk li taw lok għas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2008, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-36/07, ĠabraSP p. I-A-1-00143 u II-A-1-00759) u li l-livell ta’ prestazzjoni IV seta’, ġustament, jiġi attribwit lir-rikorrent (li jikkonċerna l-punti 69 sa 70 tad-digriet ikkontestat). |