Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0109

    Kawża T-109/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2013 — Othman vs Il-Kunsill

    ĠU C 129, 4.5.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/23


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2013 — Othman vs Il-Kunsill

    (Kawża T-109/13)

    2013/C 129/46

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

    konsegwentement, tanulla d-Deċiżjoni 2012/739/PESK tad-29 ta’ Novembru 2012 kif ukoll ir-Regolament Nru 1117/2012 (UE) tad-29 ta’ Novembru 2012 u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn jirrigwardaw ir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


    (1)  ĠU 2011, C 290, p. 13.


    Top