This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0073
Case T-73/13: Action brought on 11 February 2013 — InterMune UK and Others v EMA
Kawża T-73/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2013 — InterMune UK et. vs EMA
Kawża T-73/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2013 — InterMune UK et. vs EMA
ĠU C 114, 20.4.2013, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/38 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — InterMune UK et. vs EMA
(Kawża T-73/13)
2013/C 114/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: InterMune UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) InterMune, Inc. (Brisbane, l-Istati Uniti tal-Amerka); u InterMune International AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: I. Dodds-Smith u A. Williams, Solicitors, T. de la Mare, Barrister, u F. Campbell, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni, innotifikata mill-konvenuta lir-rikorrenti fil-15 ta’ Jannar 2013, li tiżvela ċerta numru ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tirrigwarda l-iżvelar ta’ informazzjoni, li kienet ġiet ipprovduta preċedentement mir-rikorrenti lill-konvenuta, li għadha ma hijiex disponibbli għall-pubbliku; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż u ħlasijiet oħra inkorsi mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma wettqitx kif suppost l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar li jimponilha l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tevalwa jekk jeżistix, fil-fatt, interess pubbliku għall-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni li jiħu l-preċedenza fuq in-neċessità li jiġu pprotetti l-interessi kummerċjali tar-rikorrenti kontra l-preġudizzju kunsiderevoli li jirriżulta minn tali żvelar. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kif xieraq elementi importanti oħra rilevanti sabiex jitwettaq l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar rikjest mil-leġiżlazzjoni, fosthom:
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, li kieku l-konvenuta wettqet korrettament l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar meħtieġ, u li kieku ħadet inkunsiderazzjoni kif suppost l-elementi kollha rilevanti, l-unika konklużjoni legali, proporzjonali u/jew raġonevoli kienet tkun li l-informazzjoni inkwistjoni ma għandhiex tiġi żvelata. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).