Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0054

    Kawża T-54/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/22


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

    (Kawża T-54/13)

    2013/C 101/48

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 2544/2011-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FICKEN LIQUORS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 32, 33 u 35

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(f) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top