EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0036

Kawża T-36/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Jannar 2013 — Erreà Sport vs UASI — Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

ĠU C 79, 16.3.2013, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Erreà Sport vs UASI — Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

(Kawża T-36/13)

2013/C 79/50

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Erreà Sport SpA (Torrile, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antonio Facchinelli (Dalang, iċ-Ċina)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2012 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1561/2011-1 u, b’konsegwenza, tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ppubblikata fil-Bullettin tat-trade marks Komunitarji Nru 117/2010, iddepożitata minn Antonio Facchinelli għall-prodotti kollha;

bil-ħlas tal-ispejjeż sostnuti minn Errèa Sport S.p.A. matul dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Antonio Facchinelli

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “ANTONIO BACIONE”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru. 9 056 037

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “erreà” u t-trade mark figurattiva li fiha żewġ djamanti maqtugħa, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25, 28, 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


Top