Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0030

    Kawża T-30/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

    ĠU C 79, 16.3.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/27


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

    (Kawża T-30/13)

    2013/C 79/47

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 731/2012-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LIBERTE american blend” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 481 252

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Villiger Söhne GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattiva li jinkludu l-element verbali “LA LIBERTAD”, għal prodotti fil-klassijiet 14 u 34.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top