EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0022

Kawża T-22/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI(Umbrelel)

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI(Umbrelel)

(Kawża T-22/13)

2013/C 101/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Hoyng u C. Zeri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impliva BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 2453/2010-3;

taċċetta l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u tiddikjara l-validità tar-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 000579032-0001;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn “Umbrelel” — disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 000579032-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Impliva BV

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 7(1) u 6, u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


Top