Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0579

    Kawża T-579/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni (Proċedura għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id- “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u Milano — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali — Inammissibbiltà)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/21


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-579/13 R)

    (Proċedura għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-“Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u Milano - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali - Inammissibbiltà)

    2014/C 39/35

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Istituto di Vigilanza dell’Urbe SpA (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u L. Cappelletti, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2013 dwar il-kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u f’Milano (l-Italja).

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top