Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0482

    Kawża T-482/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs EUIPO – Cryo-Save (CryoSafe) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/34


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs EUIPO – Cryo-Save (CryoSafe)

    (Kawża T-482/13) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2018/C 152/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cryo-Save AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1759/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cryo-Save AG u MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom skont il-ftehim tagħhom.


    (1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


    Top