EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0336

Kawża T-336/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Lulju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Il-Parlament Ewropew — Att ta’ esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà tat-talba — Nuqqas ta’ urġenza” )

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 33–33 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/42


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament

(Kawża T-336/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Il-Parlament Ewropew - Att ta’ esklużjoni ta’ membru parlamentari mill-grupp politiku tiegħu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà tat-talba - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 260/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mario Borghezio (Torino, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Parlament Ewropew, adottat f’forma ta’ dikjarazzjoni mill-President tiegħu f’sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li mit-3 ta’ Ġunju 2013 ir-rikorrent ipoġġi bħala membru parlamentari mhux irreġistrat u huwa għalhekk eskluż mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top