EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62013TB0321

Kawża T-321/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Marzu 2014 – Adorisio et vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna migħtija lil banek matul il-kriżi — Rikapitalizzazzjoni ta’ SNS Reaal u SNS Bank — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Esproprijazzjoni ta’ detenturi ta’ obbligi ssubordinati — Assenza ta’ interess ġuridiku — Assenza ta’ locus standi — Inammissibbiltà manifesta” )

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 27/27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Adorisio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna migħtija lil banek matul il-kriżi - Rikapitalizzazzjoni ta’ SNS Reaal u SNS Bank - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Esproprijazzjoni ta’ detenturi ta’ obbligi ssubordinati - Assenza ta’ interess ġuridiku - Assenza ta’ locus standi - Inammissibbiltà manifesta”))

2014/C 159/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Adorisio (Ruma, l-Italja) u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: F. Sciaudone, L. Dezzani, R. Sciaudone, S. Frazzani u D. Contini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. J. Loewenthal, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1053 finali, tat-22 ta’ Frar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35382 (2013/N) – Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi – Salvataġġ ta’ SNS Reaal 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Stefania Adorisio u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness, huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 10.8.2013.


Arriba