Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0683

    Kawża T-683/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER — Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

    (Kawża T-683/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER - Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 098/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u H. Kunz, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Office Ernest T. Freylinger SA u Brammer GmbH.

    Dispositif

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1) hija parzjalment annullata, safejn din ikkonkludiet favur l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38 “provvista ta’ aċċess għal servers ta’ databases għar-riċerkja tad-disponibbiltà u l-preskrizzjonijiet fil-qasam tat-trade marks u d-disinni Komunitarji” koperti mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Brammer GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


    Top