EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0546

Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni — Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni — Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”)

ĠU C 118, 4.4.2016, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni - Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”))

(2016/C 118/23)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Ante Šumelj (Zagreb, il-Kroazja), Dubravka Bašljan (Zagreb), Đurđica Crnčević (Sv. Ivan Zeline, il-Kroazja), Miroslav Lovreković (Križevaci, il-Kroazja) (Kawża T-546/13); Drago Burazer (Zagreb), Nikolina Nežić (Zagreb), Blaženka Bošnjak (Sv. Ivan Zeline), Bosiljka Grbašić (Križevaci, il-Kroazja), Tea Tončić (Pula, il-Kroazja), Milica Bjelić (Dubrovnik, il-Kroazja), Marijana Kruhoberec (Varaždin, il-Kroazja), (Kawża T-108/14); Davor Škugor (Sisak, il-Kroazja), Ivan Gerometa (Vrsar, il-Kroazja), Kristina Samardžić (Split, il-Kroazja), Sandra Cindrić (Karlovac, il-Kroazja), Sunčica Gložinić (Varaždin), Tomislav Polić (Kaštel Novi, il-Kroazja), u Vlatka Pižeta (Varaždin) (Kawża T-109/14) (rappreżentant: M. Krmek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Ćutuk u G. Wils kif ukoll, fil-Kawżi T-546/13 u T-108/14, S. Ječmenica, aġenti)

Suġġett

Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ante Šumelj u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


Top