EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0368

Kawża T-368/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Frar 2015 – Boehringer Ingelheim International vs UASI – Lehning entreprise (ANGIPAX) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANGIPAX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ANTISTAX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 96, 23.3.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2015 – Boehringer Ingelheim International vs UASI – Lehning entreprise (ANGIPAX)

(Kawża T-368/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANGIPAX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ANTISTAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 096/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: initizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, avukati, sussegwentement V. von Bomhard)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lehning entreprise SARL (Sainte-Barbe, Franza) (rappreżentanti: P. Demoly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 571/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim International GmbH u Lehning entreprise SARL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Lehning entreprise SARL għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


Top