This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0265
Case T-265/13: Judgment of the General Court of 18 September 2014 — Polo/Lauren v OHIM — FreshSide (Representation of a boy on a bicycle holding a mallet) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for the Community figurative mark representing a boy on a bicycle holding a mallet — Earlier Community and national figurative marks representing a polo player — Relative grounds for refusal — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009 — Article 8(5) of Regulation No 207/2009)
Kawża T-265/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza — Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

ĠU C 388, 3.11.2014, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza)
(Kawża T-265/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 388/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Davies, solicitor, J. Hill, barrister, u R. Black, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FreshSide Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lockett, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Polo/Lauren Company, LP u FreshSide Ltd.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2) hija annullata. |
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn The Polo/Lauren Company, LP. |
3) |
FreshSide Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |