Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0173

    Kawża T-173/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – Selo Medical vs UASI – biosyn Arzneimittel (SELOGYN) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SELOGYN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SELESYN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni” ]

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/47


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Selo Medical vs UASI – biosyn Arzneimittel (SELOGYN)

    (Kawża T-173/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SELOGYN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SELESYN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni”])

    (2015/C 046/58)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Selo Medical GmbH (Unternberg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: biosyn Arzneimittel GmbH (Fellbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)

    Suġġett

    Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2601/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn biosyn Arzneimittel GmbH u Selo Medical GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Selo Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


    Top