EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0102

Kawża T-102/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2014 – Heli-Flight vs EASA ( “Avjazzjoni ċivili — Talba għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għal ħelikopter tat-tip Robinson R66 — Deċiżjoni ta’ ċaħda mill-EASA — Rikors għal annullament — Portata tal-istħarriġ tal-Bord tal-Appell — Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 46, 9.2.2015, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Heli-Flight vs EASA

(Kawża T-102/13) (1)

((“Avjazzjoni ċivili - Talba għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għal ħelikopter tat-tip Robinson R66 - Deċiżjoni ta’ ċaħda mill-EASA - Rikors għal annullament - Portata tal-istħarriġ tal-Bord tal-Appell - Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2015/C 046/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heli-Flight GmbH & Co. KG (Reichelsheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kittner, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: T. Masing u C. Eckart, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASA tat-13 ta’ Jannar 2012 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għal ħelikopter tat-tip Robinson R66 (Nru tas-Serje 0034), it-tieni nett, talba sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas mill-EASA li tieħu azzjoni fir-rigward tat-trattament tat-talbiet tar-rikorrenti tal-11 ta’ Lulju 2011 u tal-10 ta’ Jannar 2012 dwar l-imsemmi ħelikopter u, it-tielet nett, talba sabiex l-EASA tikseb il-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti tqis li ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni ta’ ċaħda u dan l-allegat nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Heli-Flight GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 123, 27.4.2013.


Top