Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0033

    Kawża T-33/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Frar 2015 – Türkiye Garanti Bankasi vs UASI – Card & Finance Consulting (bonus & more) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bonus & more — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti bonus net — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 96, 23.3.2015, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Türkiye Garanti Bankasi vs UASI – Card & Finance Consulting (bonus & more)

    (Kawża T-33/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bonus & more - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti bonus net - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 096/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Türkiye Garanti Bankasi AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Card & Finance Consulting GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Türkiye Garanti Bankasi AS u Card & Finance Consulting GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Türkiye Garanti Bankasi AS.


    (1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


    Top