EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0038

Kawża F-38/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 207, 20.7.2013, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 14–14 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/59


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/13)

2013/C 207/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiġi kkalkulata abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ġunju 2012 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top