This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013FN0014
Case F-14/13: Action brought on 11 February 2013 — ZZ v Commission
Kawża F-14/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-14/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/40 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-14/13)
2013/C 108/95
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Sagias, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni minħabba n-nuqqas tal-esperjenzi professjonali meħtieġa.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni, liema deċiżjoni ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tat-18 ta’ April 2012 u ġiet sussegwentement ikkonfermata, liema konferma ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2012; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla msemmi iktar ’il fuq; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |