EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0007

Kawża F-7/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 114, 20.4.2013, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/47


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/13)

2013/C 114/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni adottata b’risposta għat-talba tar-rikorrent, assenjat fid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Antananarivo, il-Madagaskar, intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġie biex jirrisjedi fil-belt imsemmija iktar ’il fuq.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-kap tad-diviżjoni fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà, li għandha bħala suġġett it-“talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — 0/867/11 intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġejt biex tirrisjedi f’Antananarivo”, li qalet li din it-talba għandha tiġi miċħuda minħabba l-fatt li “l-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali kumpens tad-dannu morali u psikoloġiku” ma humiex sodisfatti inkwantu jirriżultaw mill-fatt li “id-Delegazzjoni għamlet minn kollox sabiex issolvi l-problemi li rriżultaw, billi eżegwiet xogħlijiet supplementari fir-residenza inizjali, u billi pproponietlek, matul l-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet, possibbiltajiet alternattivi ta’ residenza”;

tannulla r-risposta għall-ilment tar-rikorrent li tgħid li l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad l-ilment tiegħu minħabba l-fatt li (i) “ebda irregolarità tad-dipartiment, u wisq inqas illegalità, ma tista’ tiġi imputata lill-amministrazzjoni fil-każ inkwistjoni”, li (ii) ir-rikorrent “ma pproduċiex l-iċken prova prima facie tal-allegati danni morali jew psikoloġiċi” u li (iii) “id-deċiżjoni kkontestata ddewmet fl-evalwazzjoni tal-provi tal-benevolenza tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-persuna li qed tressaq l-ilment” u li “skont ġurisprudenza stabbilita, nuqqas ta’ motivazzjoni eventwali jista’ jiġi rrimedjat permezz ta’ motivazzjoni adegwata pprovduta fl-istadju tar-risposta għall-ilment”, liema fatt huwa l-każ inkwistjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu morali u psikoloġiku tar-rikorrent, provviżorjament evalwat, b’riżerva għal żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża, għal EUR 30 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top