Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0690

    Kawża C-690/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Efeteio Thrakis (il-Greċja) fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — Trapeza Eurobank Ergasias AE vs Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Efeteio Thrakis (il-Greċja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Trapeza Eurobank Ergasias AE vs Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

    (Kawża C-690/13)

    2014/C 78/09

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Efeteio Thrakis

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Trapeza Eurobank Ergasias AE

    Konvenuti: Agrotiki Trapeza tis Ellados AE (ATE) u Pavlos Sidiropoulos

    Domandi preliminari

    (1)

    (a)

    Il-privileġġi sostantivi u proċedurali mogħtija lil “A.T.E. A.E.” permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 13(1) tal-Liġi 4332/1929, flimkien mal-Artikolu 26(1) tal-Liġi 1914/1990, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE?

    (b)

    Din ir-restrizzjoni tibqa’ applikabbli, anki jekk jiġi kkunsidrat li l-“A.T.E. A.E.” tibqa’ teżerċita, skont l-istatuti tagħha, attività “ta’ utilità pubblika”?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi 1(a) u (b), il-Greċja kellha ssegwi l-proċedura prevista fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE sabiex dawn il-privileġġi jibqgħu fis-seħħ?

    (3)

    Il-qorti de quo hija obbligata li teskludi l-applikazzjoni f’dan il-każ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 13(1) tal-Liġi 4332/1929, sa fejn eventwalment dawn imorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE?


    Top