This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0587
Case C-587/13 P: Appeal brought on 20 November 2013 by Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. against the order of the General Court (Eighth Chamber) of 9 September 2013 in Case T-429/11 Banco Bilbao Vizcaya Argentaria v Commission
Kawża C-587/13 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2013 minn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid- 9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-429/11, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
Kawża C-587/13 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2013 minn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid- 9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-429/11, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
ĠU C 15, 18.1.2014, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/12 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 minn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-429/11, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-587/13 P)
2014/C 15/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-digriet appellat; |
— |
tiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament fil-Kawża T-429/11 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fil-mertu; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri relatati mal-ammissibbiltà fiż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi interpretat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ benefiċjarju effettiv għall-finijiet tal-eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors kontra deċiżjonijiet li jiddikjaraw sistema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. B’mod partikolari:
|
(2) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-aħħar parti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li d-deċiżjonijiet fil-qasam tas-sistema ta’ għajnuna mill-Istat, bħal dawk fid-deċiżjoni kkontestata, jirrikjedu miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tad-dispożizzjoni l-ġdida tat-Trattat. |
(3) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi adottat deċiżjoni li tikser id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Id-digriet appellat isostni li kunċett purament teoriku ta’ dan id-dritt li jostakola lir-rikorrenti milli taċċedi għas-sistema preliminari f’kundizzjonijiet normali u mingħajr ma jkollha tikser il-liġi sabiex tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata. |