EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0411

Kawża C-411/13 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Lulju 2013 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl- 14 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-249/11, Sanco vs UASI — Marsalman (rappreżentazzjoni ta’ tiġieġa)

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 30–30 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/39


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2013 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-249/11, Sanco vs UASI — Marsalman (rappreżentazzjoni ta’ tiġieġa)

(Kawża C-411/13 P)

2013/C 260/70

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, bħala aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sanco, SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tagħti sentenza ġdida fuq il-mertu tal-kawża billi tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, jew tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-portata tas-servizzi koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassijiet 35 u 39 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice. L-analiżi tax-xebh tal-prodotti u servizzi hija żbaljata, peress illi l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizzi koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħom l-attivitajiet li operatur joffri f’ismu stess fir-rigward tal-prodotti tiegħu. Il-kwistjoni jekk tali servizzi għandhomx, fis-sens tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, jiġu pprovduti f’isem terzi, huwa punt ta’ liġi li għandu jiġi kkjarifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark billi eżaminat il-kumplimentarjetà tal-prodotti jew servizzi skont l-importanza li għandu prodott jew servizz “għax-xiri” ta’ prodotti jew servizzi oħra, skont il-perċezzjoni tal-pubbliku relevanti. Il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina jekk il-kumplimentarjetà tal-prodotti u servizzi hijiex ibbażata fuq interazzjoni tali li l-użu konġunt tagħhom jirriżulta, minn perspettiva strettament oġġettiva, neċessarju jew mixtieq.

(3)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi kkonkludiet li ċerti prodotti jew servizzi kumplimentari kienu awtomatikament jixxiebhu, anki jekk fuq livell minimu, mingħajr ma vverifikat jekk id-differenzi li jirriżultaw minn fatturi oħra kinux suxxettibbli li jinnewtralizzaw din il-kumplimentarjetà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top