Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0393

Kawża C-393/13 P: Appell ippreżentat fil- 11 ta’ Lulju 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit- 30 ta’ April 2013 fil-Kawża T-304/11, Alumina d.o.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

ĠU C 274, 21.9.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 274, 21.9.2013, p. 6–7 (HR)

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/10


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ April 2013 fil-Kawża T-304/11, Alumina d.o.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C-393/13 P)

2013/C 274/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, u G. Berrisch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Alumina d.o.o., Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż relattivi għall-appell u għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill jinvoka aggravju uniku insostenn tal-appell tiegħu mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fit-30 ta’ April 2013, fil-Kawża T-304/11, fejn permezz tagħha din annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (1).

Il-Kunsill jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “bejgħ imwettaq fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ” fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (6) tar-Regolament Bażiku (2). B’mod iktar partikolari, il-Kunsill isostni li l-bejgħ jista’ jseħħ “fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ” anki jekk il-bejjiegħ żied il-prezz tal-bejgħ tiegħu permezz ta’ primjum sabiex ikopri r-riskju tan-nuqqas ta’ ħlas jew ta’ ħlas tardiv.

Skont il-Kunsill, l-interpretazzjoni kuntrarja miżmuma mill-Qorti Ġenerali hija, barra minn hekk, inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  ĠU L 125, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


Top