Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0386

    Kawża C-386/13: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 25–26 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/34


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    (Kawża C-386/13)

    2013/C 260/63

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann u M. Patakia)

    Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/28/KE (1) dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE (2) u 2003/30/KE (3) jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 27(1) tal-imsemmija Direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għal pagament ta’ penali għall-ammont ta’ EUR 11 404,80 għal kull jum mid-data stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha;

    tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    (1)

    Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (iktar il quddiem: id-“Direttiva 2009/28/KE”). Skont l-Artikolu 1 tagħha, din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Din tistabbilixxi miri nazzjonali mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mat-trasferimenti tal-istatistika bejn l-Istati Membri, il-proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi, mal-garanziji tal-oriġini, proċeduri amministrattivi, informazzjoni u taħriġ u aċċess għall-grilja tal-elettriku għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi.

    (2)

    Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/28/KE l-Istati Membri kellhom idaħħlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-5 ta’ Diċembru 2010 u kellhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-miżuri li adottaw; tali komunikazzjoni hija parti integrali tal-obbligu tat-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE fid-dritt nazzjonali u tal-obbligu ta’ kooperazzjoni bona fide, u dan il-fatt huwa rifless ukoll fl-Artikolu 260(3) TFUE.

    (3)

    Abbażi tal-korrispondenza tal-awtoritajiet Ċiprijotti u tal-miżuri nazzjonali nnotifikati, matul il-proċedimenti prekontenzjużi u qabel ma ddeċidiet li tagħmel dan ir-rikors, il-Kummissjoni kkonstatat li r-Repubblika ta’ Ċipru ma addottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex il-kuntest legali nazzjonali jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/28/KE u ddeċidiet li tippreżenta rikors, skont l-Artikolu 258 flimkien mal-Artikolu 260(3) TFUE, intiż sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 27(1) tal-imsemmija Direttiva.


    (1)  ĠU L 140, 05.06.2009, p. 16.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.

    (3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 188.


    Top