EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0363

Kawża C-363/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit- 28 ta’ Ġunju 2013 — Leonardo Zappalà vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2013 — Leonardo Zappalà vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawża C-363/13)

2013/C 260/53

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Leonardo Zappalà

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Domandi preliminari

(1)

Il-klawżoli tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat li jinsab fid-Direttiva 1999/70/KE (1) huma applikabbli għax-xogħol fis-settur nawtiku? B’mod partikolari, il-klawżola 2.1 tikkonċerna anki lill-ħaddiema għal żmien determinat li ġew irreklutati fuq il-vapuri (ferry-boats) li jwettqu rotot ta’ kuljum?

(2)

Il-Ftehim Qafas li jinsab fid-Direttiva 1999/70/KE u, b’mod partikolari l-klawżola 3.1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi (Artikolu 332 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni) li għandu jiġi indikat it-“tul” tal-kuntratt u mhux it-“terminu” tal-kuntratt? Il-previżjoni tat-tul tal-kuntratt permezz tal-indikazzjoni ta’ terminu finali li huwa ċert dwar l-eżistenza tiegħu (“massimu ta’ 78 jum”) iżda inċert dwar it-tmiem tiegħu hija kompatibbli mal-imsemmija direttiva?

(3)

Il-Ftehim Qafas li jinsab fid-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari l-klawżola 3.1, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikoli 325, 326 u 332 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni) li tikkunsidra li r-raġunijiet oġġettivi tal-kuntratt għal żmien determinat huma kkostitwiti mis-sempliċi indikazzjoni tal-vjaġġ jew vjaġġi li għandhom jitwettqu, b’mod li essenzjalment l-għan tal-kuntratt (il-provvista) u l-kawża tiegħu (raġuni tal-konklużjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat) jikkoinċidu?

(4)

Il-Ftehim Qafas li jinsab fid-Direttiva jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ il-Kodiċi tan-Navigazzjoni) li, f’każ ta’ użu ta’ kuntratti suċċessivi (b’mod li jikkostitwixxi abbuż fis-sens tal-klawżola 5), teskludi li dawn jittrasformaw ruħhom f’relazzjoni tax-xogħol għal żmien indeterminat (miżura prevista bl-Artikolu 326 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni fl-eventwalità biss li l-persuna reklutata taħdem b’mod mhux interrott għal żmien ta’ iktar minn sena u fl-eventwalità fejn bejn it-tmiem ta’ kuntratt u l-konklużjoni tal-kuntratt suċċessiv ikun għadda perijodu ta’ mhux iktar minn 60 jum)?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


Top