Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0355

    Kawża C-355/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria (l-Italja) fis- 27 ta’ Ġunju 2013 — Umbra Packaging srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Umbra Packaging srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia

    (Kawża C-355/13)

    2013/C 260/49

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Umbra Packaging srl

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003, li jagħti lok għat-taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern skont it-tariffa prevista fl-Artikolu 21 tad-DPR Nru 641/1972, huwa konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20 (1) li jeskludi, fis-sistema liberalizzata tal-komunikazzjonijiet, is-setgħa ta’ stħarriġ tal-awtorità amministrattiva li minnha tinkiseb il-ġustifikazzjoni tal-impożizzjoni ta’ ħlas fuq l-utent tas-servizz?

    (2)

    L-Artikolu 3(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 33/1990, li tirreferi għalih it-tariffa prevista fl-Artikolu 21 tad-DPR Nru 641/1972, kif emendat bl-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 151/1991, huwa konformi mas-sistema ta’ kompetizzjoni ħielsa u mal-projbizzjoni, prevista fl-Artikolu 102 TFUE, li jiġu applikati fil-konfront ta’ imsieħba kummerċjali kundizzjonijiet differenti għal prestazzjonijiet ekwivalenti?

    (3)

    Id-differenza fl-ammont tat-taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern fuq l-użu privat u l-użu professjonali, u l-applikazzjoni tagħha għall-kuntratti ta’ abbonament biss, bl-esklużjoni tas-servizz imħallas minn qabel, hija konformi mal-kriterji ta’ raġonevolezza u adegwatezza u ma tipprekludix il-ħolqien ta’ suq kompetittiv?


    (1)  - Direttiva 20/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).


    Top