Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0341

    Kawża C-341/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl- 24 ta’ Ġunju 2013 — Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 20–20 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

    (Kawża C-341/13)

    2013/C 260/44

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

    Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

    Domandi preliminari

    (1)

    It-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, japplika biss għar-relazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-konvenut inkwantu huwa organu ta’ ħlas ta’ għajnuna Komunitarja, jew ukoll għar-relazzjoni bejn il-konvenut inkwantu organu ta’ ħlas ta’ għajnuna Komunitarja u r-rikorrenti inkwantu benefiċjarja ta’ għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament?

    (2)

    Jekk tingħata risposta fis-sens li t-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament huwa applikabbli wkoll għar-relazzjoni bejn l-organi ta’ ħlas tal-għajnuna u l-benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament, dan it-terminu għandu jinftiehem li huwa applikabbli biss meta jkun hemm sanzjonijiet amministrattivi mqiegħda inkwistjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 2005 jew anki meta inkwistjoni jkun hemm “proċedura amministrattiva”, skont l-Artikolu 4(1) tal-istess regolament, b’mod partikolari dik li jiġu rrimborsati l-ammonti rċevuti indebitament?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


    Top