EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0328

Kawża C-328/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis- 17 ta’ Ġunju 2013 — Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

ĠU C 274, 21.9.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

(Kawża C-328/13)

2013/C 274/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Österreichischer Gewerkschaftsbund

Konvenut: Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

Domandi preliminari

(1)

Il-kliem li jinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23/KE (1), li jgħid li l-“kundizzjonijiet [tax-xogħol]” miftiehma fi ftehim kollettiv u applikabbli għal min jagħmel it-trasferiment huma miżmuma “skont l-istess kondizzjonijiet applikabbli”“sad-data li fiha l-ftehim kollettiv jispiċċa jew jiskadi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu wkoll taħtu l-kundizzjonijiet tax-xogħol li ġew stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv u li, skont id-dritt nazzjonali, minkejja r-rexissjoni ta’ dan il-ftehim, ikomplu jipproduċu l-effetti tagħhom mingħajr limitazzjoni fiż-żmien, sakemm ftehim kollettiv ieħor ma jkunx applikabbli jew sakemm il-ħaddiema kkonċernati ma jkunux ikkonkludew ftehim individwali ġodda?

(2)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li “l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv ieħor” ta’ ċessjonarju, għandu wkoll jinftiehem fis-sens li jinkludi ż-żamma tal-effetti tal-ftehim kollettiv ta’ ċessjonarju, fis-sens indikat hawn fuq, li jkun huwa wkoll rexiss?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


Top