Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0324

    Kawża C-324/13 P: Appell ippreżentat fl- 14 ta Ġunju 2013 minn Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl- 10 ta’ April 2013 fil-Kawża T-360/11, Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Parfums Rochas (Patrizia Rocha)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/22


    Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2013 minn Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-10 ta’ April 2013 fil-Kawża T-360/11, Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Parfums Rochas (Patrizia Rocha)

    (Kawża C-324/13 P)

    2013/C 260/39

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Appellanti: Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda (rappreżentant: A.J. Rodrigues, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI)

    Talbiet tal-appellanti

    (a)

    tħassar is-sentenza mogħtija fl-10 ta’ April 2013, u nnotifikata fil-11 ta’ April 2013 mill-Ħames Awla tal-Qorti [Ġenerali] fil-Kawża T-360/11 u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fit-8 ta’ April 2011, Każ R 2355/2010-2, b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli tad-dritt Komunitarju;

    (b)

    li barra minn hekk, it-trade mark tal-appellanti tinżamm valida u tibqa’ fis-seħħ.

    (c)

    li l-parti l-oħra fil-proċedura tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż tal-kawża.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-Artikolu 60 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) jipprovdi, fir-rigward tal-preżentata tal-appell u tal-motivazzjoni tiegħu, li dan għandu jiġi ppreżentat bil-miktub f’terminu ta’ xahrejn u li f’terminu ta’ erba’ xhur għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bil-miktub fejn jiġu esposti r-raġunijiet tal-appell, jiġifieri, l-aggravji, mid-data ta’ notifika.

    Issa, minkejja li r-raġunijiet tal-appell intbagħtet bil-posta fis-27 ta’ Jannar 2011, hija ġiet riċevuta fit-2 ta’ Frar 2011, jiġifieri, lil hinn mit-terminu ta’ erba’ xhur skont kif ipprovdut mill-Artikolu 60 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

    Għandu jingħad ukoll li l-kalkolu tat-terminu u l-mezzi ta’ notifika huma spjegati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).

    Huwa stabbilit li meta t-termini jiġu stabbiliti fi ġranet, ġimgħat, xhur jew snin, il-kalkolu għandu jibda fil-ġurnata ta’ wara dik li fiha seħħet in-notifika u din tal-aħħar isseħħ fil-mument li n-notifika tiġi fiżikament riċevuta, u dan skont ir-Regola 70(1) u (2) ta’ dan ir-regolament.

    Barra minn hekk, meta t-terminu jkun f’xhur, bħal fil-każijiet preżenti, f’dan il-każ it-terminu jiskadi fl-istess jum meta jiddekorru l-erba’ xhur skont ir-Regola 70(4).

    Dan it-terminu jiġi sospiż ġaladarba jseħħu ċirkustanzi li jipprekludu u ta’ forza maġġuri li ma jkunu imputabbli lil ħadd.

    Inkwantu l-appellanti ġiet innotifikata fis-27 ta’ Settembru 2010 u ġaladarba kellha terminu ta’ erba’ xhur sabiex tippreżenta r-raġunijiet, it-terminu għal dan il-fatt beda jiddekorri fit-28 ta’ Settembru 2010 u kellu jiskadi erba’ xhur wara f’data ugwali jiġifieri t-28 ta’ Jannar 2011.

    Dan ifisser li l-appellanti għandha twettaq il-fatt fi ħdan dan it-terminu, taħt piena li d-dritt tagħha jonqos, jiġifieri, minflok l-erba’ xhur tingħata terminu iqsar.

    L-appellanti ikkomunikat ir-raġunijiet tal-appell/tal-motivazzjoni permezz tas-servizz tal-posta fis-27 ta’ Jannar 2011, jiġifieri, fil-ġurnata ta’ qabel l-aħħar ġurnata.

    Il-missiva ġiet innotifikata lill-parti l-oħra fil-proċedura fit-2 ta’ Frar 2011 minħabba l-fatt li kellu jgħaddi tmiem il-ġimgħa.

    L-appellanti aġixxiet fil-legalità u skont it-termini fejn għalhekk l-appell għandu jintlaqa’.

    Peress li l-appell ġie ppreżentat fi ħdan ix-xahrejn meħtieġa skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

    Barra minn hekk, ir-raġunijiet tal-appell ġew ippreżentati bil-miktub fl-erba’ xhur rikjesti.

    Dawn ġew ippreżentati bil-posta, fejn għalhekk l-appellanti ma kellhiex iżjed jedd fuqhom.

    Il-“preżentata” kkunsidrata fis-sentenza appellata ma tista’, bl-ebda mod u bir-rispett għal kull interpretazzjoni u opinjoni differenti, tinftihem fis-sens ta’ riċeviment mill-parti l-oħra fil-proċedura taħt piena, effettivament, li l-appellanti ma tkunx tista’ tibbenefika mit-terminu mogħti lilha.

    Issa, kuntrarjament għall-interpretazzjoni esposta u adottata fis-sentenza li qed tiġi appellata, l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 effettivament jagħmel riferiment għall-fatt li “[f]i żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni, [għandhom jiġu ppreżentati] ir-raġunijiet tal-appell”, iżda dan ma għandu la s-sinjifikat u lanqas it-tifsira li għandu jkun fi ħdan dan it-terminu li l-istess raġunijiet għandhom jiġu riċevuti, ġaladarba dak li jintbagħad mhux dejjem jiġi riċevut b’mod simultanju.

    L-appellanti għandha, effettivament, teżerċita l-obbligu fi ħdan it-terminu, fatt li l-appellanti wettqet, fejn għalhekk, ma tistax tissussisti l-interpretazzjoni li hija d-data ta’ riċeviment li tgħodd ladarba li kieku kien hekk kien jinkiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza minħabba d-diversità ta’ pajjiżi u minħabba l-mezzi mhux disponibbli u mhux eżiġibbli bħala alternattivi skont kif previst fir-Regolament Nru 2868/95.

    L-interpretazzjoni tal-appellanti hi li fi ħdan dan it-terminu ta’ erba’ xhur l-appellanti għandha l-obbligu li tibgħat, twassal, etc, fejn ulterjorment, preċedentement, hija kienet diġà kkomunikat l-intenzjoni tagħha li tippreżenta appell fejn, bir-rispett, in-notifika tar-raġunijiet ma hijiex novità, ma hijiex notifika b’sorpriża.

    Billi ġie deċiż b’dan il-mod, iċ-ċaħda perentorja, jiġifieri, id-deċiżjoni appellata, kisret l-Artikolu 60 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regoli 61, 62, 63, 64, 65 u 70 tar-Regolament Nru 2868/95.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).


    Top