EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0320

Kawża C-320/13: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

ĠU C 226, 3.8.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 3–3 (HR)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/8


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-320/13)

(2013/C 226/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), jew fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 133 222,80 li jibdew jiddekorru mill-jum tad-data li tinqata’ din is-sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 140, p. 16.


Top