Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0319

    Kawża C-319/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil- 11 ta’ Ġunju 2013 — Udo Rätzke vs S+K Handels GmbH

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Udo Rätzke vs S+K Handels GmbH

    (Kawża C-319/13)

    2013/C 260/38

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Thüringer Oberlandesgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Udo Rätzke

    Konvenuta: S+K Handels GmbH

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010, tat-28 ta’ Settembru 2010, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (1) għandu jiġi interpretat fis-sens

    li l-aġent ikun obbligat bl-ittikkettar ta’ televiżjonijiet (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) fil-każ biss li, skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) il-fornitur ikun diġà kkunsinna dawn it-televiżjonijiet b’tikketta konformi,

    jew inkella, l-aġent għandu wkoll obbligu ta’ ttikkettar (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) fir-rigward ta’ televiżjonijiet li kkunsinna l-fornitur mingħajr tikketta konformi, qabel it-30 ta’ Novembru 2011, b’mod li l-aġent ikun obbligat jitlob (fi żmien raġonevoli, sussegwentement) lill-fornitur jipprovdi tikketti għal tali televiżjonijiet?


    (1)  ĠU L 314, p. 64


    Top