EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0312

Kawża C-312/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis- 7 ta’ Ġunju 2013 — Claudiu Roșu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

ĠU C 226, 3.8.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 3–3 (HR)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Claudiu Roșu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

(Kawża C-312/13)

(2013/C 226/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Claudiu Roșu

Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală

Domanda preliminari

Fil-każ li l-bejjiegħ ikun ġie kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u l-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment tal-proprjetà immobbli jkun ġie stabbilit mill-partijiet, mingħajr ebda riferiment għall-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kkostitwit:

(a)

mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli stabbilit mill-partijiet bi tnaqqis tar-rata tal-VAT, jew

(b)

mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli miftiehem mill-partijiet.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top