Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0307

    Kawża C-307/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil- 5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren

    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 7–7 (HR)

    27.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil-5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren

    (Kawża C-307/13)

    2013/C 215/16

    Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Helsingborgs tingsrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Åklagarkammaren i Helsingborg

    Konvenuti: Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren

    Domandi preliminari

    (1)

    It-tqassir tal-iskeda għall-implimentazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-15 ta’ April 2003 li seħħ bl-introduzzjoni tal-Artikolu 9 tad-Digriet dwar il-protezzjoni tal-annimali (djurskyddsförordningen, 2003:105) iwassal għall-obbligu li l-Isvezja, bħala Stat Membru, għandha tikkomunika abbozz ġdid, konformament għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE (1)?

    (2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li kellha sseħħ komunikazzjoni ġdida, liema huma l-konsegwenzi legali tal-fatt li din il-formalità ma ġietx segwita?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.


    Top