Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0282

Kawża C-282/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl- 24 ta’ Mejju 2013 — T-Mobile Austria GmbH vs Telekom-Control-Kommission

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2013 — T-Mobile Austria GmbH vs Telekom-Control-Kommission

(Kawża C-282/13)

2013/C 260/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Mobile Austria GmbH

Konvenuta: Telekom-Control-Kommission

Intervenjenti: Hutchison 3 G Austria Holdings GmbH, Hutchinson 3G Austria GmbH, Orange Austria Telecommunication GmbH, Stubai SCA, Orange Belgium SA, A1 Telekom Austria AG

Parti oħra fil-kawża: Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Domanda preliminari

L-Artikoli 4 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Awtorizzazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikonoxxu lil kompetitur f’proċedura nazzjonali prevista mill-Artikolu 5(6) tad-Direttiva Awtorizzazzjoni l-kwalità ta’ parti “affettwata” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “Qafas”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337, kif emendat bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337, p. 37).


Top