Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0270

Kawża C-270/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis- 17 ta’ Mejju 2013 — Iraklis Haralambidis vs Calogero Casilli

ĠU C 207, 20.7.2013, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 8–8 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2013 — Iraklis Haralambidis vs Calogero Casilli

(Kawża C-270/13)

2013/C 207/51

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iraklis Haralambidis

Konvenut: Calogero Casilli

Domandi preliminari

(1)

B’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, minn naħa, l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 45(4) TFUE hija irrilevanti f’dan il-każ [- li jikkonċerna l-ħatra ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea bħala President ta’ awtorità portwali Taljana, persuna ġuridika li tista’ tiġi kklassifikata bħala korp irregolat mid-dritt pubbliku -], sa fejn din tikkonċerna l-każijiet ta’ impjieg fl-amministrazzjoni pubblika (filwaqt li, fil-każ ineżami, […] tali impjieg ma jeżistix), u tal-fatt li, min-naħa l-oħra — fi kwlaunkwe każ — il-funzjonijiet fdati lill-President tal-Autorità Portuale jistgħu jitqiesu bħala “attività ta’ xogħol” f’sens wiesa’ —, […] il-klawżola li tirriżerva t-twettiq ta’ dan l-inkarigu lill-persuni ta’ nazzjonalità Taljana biss tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, ipprojbita mill-imsemmi Artikolu 45?

(2)

Il-funzjonijiet imwettqa bħala President ta’ awtorità portwali Taljana minn ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jistgħu, inkella, jitqiesu bħala li jaqgħu taħt id-dritt ta’ stabbiliment li jinsab fl-Artikoli 49 et seq TFUE, u, f’dan il-każ, il-projbizzjoni stabbilita mid-dritt intern li dawn il-funzjonijiet jiġu fdati lil persuna li ma għandhiex in-nazzjonalità Taljana tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, jew dan il-fatt jista’ jitqies bħala eskluż permezz tal-Artikolu 51 TFUE?

(3)

Sussidjarjament, fil-każ fejn l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali Taljana miċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jista’ jirrappreżenta provvista ta’ “servizz”, fis-sens tad-Direttiva 2006/123/KE (1), l-esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għas-servizzi portwali hija rilevanti, jew le, għall-finijiet ikkonċernati u — jekk dan ma jkunx il-każ — il-projbizzjoni prevista fid-dritt intern li jiġu eżerċitati tali funzjonijiet tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità?

(4)

Iktar sussidjarjament, […] l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali Taljana miċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jekk dan jitqies li ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, jista’ xorta waħda jitqies, b’mod iktar ġenerali, skont l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħala prerogattiva li taqa’ taħt id-dritt irrikonoxxut liċ-ċittadin Komunitarju “li jaħdem, li jeżerċita d-dritt ta’ stabbiliment u li jagħti servizzi”, anki irrispettivament mid-dispożizzjonijiet “settorjali” li jinsabu fl-Artikoli 45 u 49 et seq TFUE, kif ukoll fid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, u, konsegwentement, il-projbizzjoni stabbilita fid-dritt intern li jiġu eżerċitati dawn il-funzjonijiet tmur kontra — jew le — il-projbizzjoni, daqstant ieħor ġenerali, tad-diskriminazzjonijiet minħabba n-nazzjonalità prevista fl-Artikolu 21(2) tal-imsemmija Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


Top