Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0268

    Kawża C-268/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis- 16 ta’ Mejju 2013 — Elena Petru vs Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 8–8 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Mejju 2013 — Elena Petru vs Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate

    (Kawża C-268/13)

    2013/C 207/50

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Sibiu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elena Petru

    Konvenuti: Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate

    Domanda preliminari

    Fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), ir-rekwiżit li l-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tirċievi kura fil-pajjiż ta’ residenza tagħha għandu jiġi interpretat b’mod kategoriku jew b’mod raġonevoli; jiġifieri, meta, għalkemm il-kirurġija meħtieġa tkun tista’, f’termini tekniċi, titwettaq fil-ħin fil-pajjiż ta’ residenza — fis-sens li jeżistu l-ispeċjalisti meħtieġa u huma għandhom l-istess livell ta’ għarfien speċjalistiku bħal dawk barra mill-pajjiż — in-nuqqas ta’ prodotti mediċinali u ta’ materjal mediku bażiku jimplika li tali sitwazzjoni tista’, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, tiġi assimilata għal sitwazzjoni fejn il-kura medika meħtieġa ma tkunx tista’ tiġi pprovduta?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


    Top