EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0264

Kawża C-264/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil- 15 ta’ Mejju 2013 — Provincie Antwerpen vs Mobistar SA

ĠU C 207, 20.7.2013, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 7–7 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2013 — Provincie Antwerpen vs Mobistar SA

(Kawża C-264/13)

2013/C 207/46

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Provincie Atwerpen

Konvenuta: Mobistar SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu awtorità ta’ Stat Membru milli tintaxxa, għal raġunijiet baġitarji jew oħra, l-attività ekonomika ta’ operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li toriġina minn territorju jew parti minnu permezz tal-preżenza fuq id-dominju pubbliku jew privat ta’ arbli, piluni jew antenni GSM li jintużaw għal din l-attività?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


Top