Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0259

    Kawża C-259/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 13 ta’ Mejju 2013 — Elena Recinto-Pfingsten vs Swiss International Air Lines AG

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2013 — Elena Recinto-Pfingsten vs Swiss International Air Lines AG

    (Kawża C-259/13)

    2013/C 260/34

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elena Recinto-Pfingsten

    Konvenuta: Swiss International Air Lines AG

    Domanda preliminari

    Il-Ftehim (1) bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, tal-21 ta’ Ġunju 1999, fil-verżjoni tad-Deċiżjoni 2/2010 (2) tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera, tas-26 ta’ Novembru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, japplika wkoll, b’mod konformi mal-Artikolu 3(1)(a) tiegħu, għal passiġġieri li jkollhom titjira minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera lejn pajjiż terz?


    (1)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94).

    (2)  Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-25 ta’ Novembru 2011 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 347, p. 54).

    (3)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top