EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0247

Kawża C-247/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ Mejju 2013 — Rudolf Reznicek vs Ir-Repubblika Ellenika

ĠU C 215, 27.7.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 215, 27.7.2013, p. 5–5 (HR)

27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Mejju 2013 — Rudolf Reznicek vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-247/13)

2013/C 215/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rudolf Reznicek

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) [u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000] (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat bħala “materji ċivili jew kummerċjali” fis-sens ta’ dan ir-regolament, rikors li permezz tiegħu, f’sitwazzjoni fejn ir-rikorrent ma jkunx aċċetta proposta magħmula mill-konvenuta fi tmiem ix-xahar ta’ Frar 2012 sabiex jibdel bonds maħruġa mill-konvenuta, mixtrija mir-rikorrent u miżmuma ma’ depożitarju tat-titoli mal-kumpannija Gries und Heissel Bankiers AG, ir-rikorrent jitlob li jiġi kkumpensat id-differenza fil-valur li rriżultat wara l-iskambju ekonomikament żvantaġġuż li minkejja dan ġie impost fuqu f’Marzu 2012?


(1)  ĠU L 324, p. 79.


Top